Thursday, August 28, 2008

Thursday, August 21, 2008

Artiklu fuq il-Gwida


AMEN - sensiela gdida fuq OneTV

L-istorja ta' Amen kienet ilha tbehren f'ras Bryan Muscat għal sentejn. L-idea ħarġet minn ktieb li kien qara, miktub minn eżorċisti, dwar nies ipposseduti mix-xjaten. F'dawn is-sentejn, Muscat żamm ruħu okkupat bi drammi teatrali ta' Lemonhead Productions imma dejjem baqa` bix-xewqa li jara din l-istorja b'tema sopranaturali fuq it-televiżjoni. Eventwalment l-istorja ta' Amen kibret u bdiet tinvolvi arkanġli li jgħixu fostna imma ma jafux li huma arkanġli u x'inhu id-destin tagħhom. Fl-aħħar tkellem mal-ħabib tiegħu Mark Doneo, li kien idderiġieh iktar kmieni din is-sena fis-serje Miriana Coljero`, fuq l-idea ta' dan it-teledramm li kellu f'moħħu. Lil Doneo għoġbitu l-idea u fformulaw proposta li ppreżentaw lil One TV.

Minn hemm beda x-xoghol! Kellha tintgħażel persuna biex tikteb 26 episodju u Muscat mall-ewwel ħaseb f’persuna waħda li seta’ jafda biex tinkiteb din l-istorja sopranaturali: Noel Tanti, li kien kiteb il-play teatrali mtellgħa minn Lemonhead Productions, Frankenstein. Biex ikun ċert li l-kitba ta' Tanti ikollha l-istess viżjoni tiegħu, Muscat għaqqad tim ta' sitta minn-nies (tlieta minnhom l-istess Muscat, Doneo u Tanti) li iltaqgħu bosta drabi għal sigħat twal biex flimkien jiktbu l-istorja sħiħa ta' dawn is-26 episodju. Kif l-istorja tlestiet, Tanti seta jibda jikteb dawk l-1300 paġna.

Biex l-istorja tieħu forma viżiva, kellhom jintgħażlu madwar 40 attur u xi 30 extras. Il-casting kien proċess twil u metikoluż u beda jsir waqt li Tanti kien qed jikteb l-ewwel ftit episodji. Uħud mill-atturi li ser jieħdu sehem ġieli rajnihom fi produzzjonijiet teatrali, fosthom xi atturi tal-kumpanija Lemonhead Productions. Oħrajn bhal Godwin Scerri, Daniel Chircop (taż-Zoo), John Peel, Simon Xuereb, Neville Refalo, Louise Doneo u Mark Doneo huma iktar magħrufa għax-xogħol tagħhom fuq it-televiżjoni.

Meta l-cast u l-locations kollha ntgħażlu, u l-ewwel ftit episodji nkitbu, il-filming setgħa jibda. U hekk ġara fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju. L-ewwel xena li inġibdet kienet dik fejn qassis (Godwin Scerri) qed jaqra ir-rit tal-eżorċiżmu lil tifla ta' dsatax il-sena pposseduta mix-xitan. Minn dakinhar l'hawn ġew iffilmjati 4 episodji.

Apparti mill-partijiet ewlenin li għandhom fit-teledramm, Muscat qiegħed ukoll jidderiegi u jipproduci, u Doneo huwa il-Produttur Eżekuttiv.

L-ewwel episodju ta' Amen ser jintwera fuq OneTV fil-bidu ta' Ottubru, imma diga hemm blog (amentvseries.blogspot.com) dwar il-programm, kif ukoll grupp tal-Facebook mimli nies interessati f'din is-sensiela televiżiva li żgur se tinżel għasel mat-telespettaturi Maltin u Għawdxin kollha.

Friday, August 8, 2008